Tuesday, February 18, 2025

Raġel jiddaħħal l-isptar wara li nqaleb bil-karozza fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’ 21 sena mill-Qala kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tal-12.45 pm inqaleb bil-karozza fir-Rabat Għawdex.

L-inċident seħħ eżatt fil-bidu tal-parkeġġ tar-Rabat bil-konsegwena li t-triq kellha tingħalaq għat-traffiku.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel ħabat mal-ħajt u nqaleb. Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza fejn aktar tard kellhom jissejħu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lis-sewwieq mill-vettura.

Hu ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport