Raġel kien ilu jissuspetta li martu kienet qiegħda f’relazzjoni ma’ raġel ieħor, iżda qatt ma basar li kienet f’relazzjoni ma’ saċerdot maħbub fil-komunità ta’ Catanzaro.
Il-midja Taljana rrapportat li r-raġel kellu suspett hekk kif il-mara kienet qiegħda tagħmel ħafna ħin il-knisja u mhux biss għal ħin tal-quddies.
Ġara li martu qaltlu li sejra l-knisja u wara xi ħin mar hu wkoll biex jara xi tkun tagħmel u fil-fatt sabha f’relazzjoni intima mas-saċerdot.
Hekk kif ra din ix-xena nqala argument kbir tant li kellhom jissejħu l-Carabinieri.
L-iskandlu ħasad il-komunità żgħira u l-Isqof iddeċieda li jwaqqaf lis-saċerdot milli jkomplu jamminnistra s-sagramenti u anke li jqaddes.
Dan il-każ qed jiġi rraportat li seħħ xahar ilu, iżda issa jidher li r-raġel lest jiftaħ azzjoni legali kontra s-saċerdot u l-istorja ħarġet fil-midja.

