Sunday, October 27, 2024

Raġel jindarab gravi wara li wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Aqra wkoll

Malti ta’ 29 sena weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha YZF R1 li kien qiegħed isuq u waqa’.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ 12.00p.m. f’Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport