Tuesday, May 14, 2024

Raġel jindarab serjament wara li waqa’ minn għoli f’San Ġwann

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li lbieraħ waranofsinhar għall-ħabta tal-4:20 p.m. waqa’ minn għoli f’residenza fi Triq Birkirkara f’San Ġwann.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 82 sena residenti San Ġwann waqa’ waqt li kien qed jagħlef l-annimali. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca li fetħet inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport