Membri tal-Protezzzjoni Ċivili kellhom jintervjenu biex joħorġu raġel minn ġewwa trakk, wara li dan kien involut f’inċident fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 p.m. fi Triq Ġorġ Borg Olivier.
F’dan l-inċident intlaqtu numru ta’ karozzi.
Jidher li r-raġel maqbud fit-trakk kien passiġġier u mhux ix-xufier tat-trakk.