Wednesday, April 24, 2024

Raġel jinqabad f’vann wara ħabta ma’ trakk fil-Qrendi

Aqra wkoll

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejħu fi Triq it-Tempesta fil-Qrendi wara li għall-ħabta tas-1:50 p.m raġel sab ruħu f’diffikultà wara inċident tat-traffiku.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn trakk DAF misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti Tas-Sliema u vann Piaggio Porter misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Fgura.

Ir-raġel fil-vann kellu jingħata l-assistenza biex seta’ jinħareġ mill-vettura, filwaqt li tim mediku tah l-ewwel għajnuna fuq il-post.

Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel mill-Fgura lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport