Saturday, November 23, 2024

Raġel jinqatel, u oħrajn jindarbu fi sparatura fi New York

Aqra wkoll

Il-Pulizija Amerikana sparaw lejn u qatlu raġel li min-naħa tiegħu spara diversi tiri fid-direzzjoni ta’ persuni fi Brooklyn, New York.

Il-Pulizija qalet li r-raġel spara diversi tiri fid-direzzjoni ta’ żewġ persuni għall-ħabta tad-9.00 p.m. tal-bieraħ filgħaxija.

Il-Pulizija li waslet fuq ix-xena tal-inċident sparat tiri li laqtu lir-raġel li ttieħed b’urġenza l-isptar għall-kura. Madankollu aktar tard huwa miet kaġun tal-ġrieħi li ġarrab.

Il-belt ta’ New York tinsab maħkuma minn tensjoni wara l-mewt ta’ George Floyd f’Minneapolis nhar il-25 ta’ Mejju li għadda. Floyd kien suspettat li għamel użu minn flus foloz.

L-għada erba’ uffiċjali tal-Pulizija tkeċċew b’rabta mal-mewt tar-raġel, b’wieħed minnhom jiġi arrestat u mixli bi qtil involontarju.

Intant matul il-lejl tal-bieraħ il-Pulizija arrestaw lil madwar 700 persuna wara li ħadu sehem fi rvellijiet f’Manhattan.

Sport