Saturday, November 23, 2024

Raġel jinqatel waqt protesta f’Minneapolis dwar il-qtil ta’ George Floyd

Aqra wkoll

Id-Dipartiment Amerikan għall-Ġustizzja llum qal li għamel l-investigazzjoni dwar l-involviment tal-pulizija fil-mewt ta’ George floyd bħala “prijorità assoluta”. Dan wara t-tieni jum konsekuttiv ta’ protesti f’Minneapolis b’rabta mal-mewt ta’ Floyd.

F’filmat li xtered fuq l-internet, uffiċjal tal-Pulizija jidher iżomm lir-raġel billi jżomm irkopptu fuq għonqu għal minuti twal.

Prosekuturi u investigaturi mill-FBI ġew assenjati bħala parti minn inkjesta li ġiet ordnata biex jiġi determinat jekk uffiċjali tal-pulizija involuti f’dan il-każ kinux kisru liġijiet federali.

George Floyd inżamm f’din il-pożizzjoni għal diversi minuti

Ilbieraħ filgħaxija raġel inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar waqt protesta li kienet qed tiżvolġi dwar il-mewt ta’ Floyd.

Intant il-Pulizija qalu li kienu qed jinvestigaw l-inċident tal-bieraħ bħala każ ta’ omiċidju, madankollu kienu qed jinvestigaw x’seta’ wassal għall-inċident.

Philonese Floyd, ħu George, aktar kmieni llum appella għall-paċi u mbikkem qal: “Kulħadd qed jesperjenza uġiegħ kbir, b’hekk qed jiġri dan kollu. Għajjejt nara nies b’karnaġġjon skura jmutu.”

Sport