Għall-ħabta tal-4:00 p.m il-Pulizija ssejħet f’residenza fi Triq l-inkurunazzjoni f’Ħaż-Żabbar.
Mal-wasla tagħhom l-uffiċjali sabu raġel ta’ 31 sena mitluf minn sensih li aktar tard ġie iċċertifikata mejjet fil-post minn tabib.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjoni tagħha b’rabta ma’ dan il-każ li jidher li hu relatat mal-abbuż tad-droga.