Monday, December 23, 2024

Raġel jintbagħat il-ħabs talli ħebb għal player ta’ Sheffield United fil-ground

Aqra wkoll

Raġel intbagħat il-ħabs talli ta daqqa ta’ ras lil player fi tmiem il-partita tal-play-off ta’ Nottingham Forest kontra Sheffield United.

Billy Sharp, il-Captain ta’ Sheffield United, weġġa’ wara li t-team tiegħu tilef kontra Forest bil-penalties.

Sharp waqa’ mal-art u ġie ċċertifikat li “ntilef minn sensih”.

Robert Biggs, raġel ta’ 30 sena, waqt li kien il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Nottingham wieġeb li hu ħati ta’ attakk li kkaġuna ġrieħi reali u llum weħel sentenza ta’ 24 ġimgħa ħabs.

Biggs, minn Ilkeston, Derbyshire, ġie ordnat iħallas £500 kumpens lil Sharp, u £128 fi spejjeż tal-qorti. Huwa ngħata wkoll ordni ta’ sentejn projbizzjoni mil-logħob tal-football.

Biggs ġie mgħarraf li akkuża separata li daħal illegalment fil-ground kienet twaqqgħet.

Ekonomija

Sport