Friday, December 13, 2024

Raġel jinżamm arrestat talli kisser bieb ta’ residenza ta’ membru tal-familja u heddu b’sikkina

Aqra wkoll

Manuel Barbara, ta’ 53 sena minn Birżebbuġa, inżamm arrestat hekk kif tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li kisser il-bieb ta’ barra ta’ membru tal-familja tiegħu. Waqt dan l-allegat argument Barbara għamel użu ta’ sikkina.

L-akkużat tressaq quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi fejn ġie akkużat li matul il-lejl ta’ nhar l-Erbgħa, wettaq ħsara fuq bieb ta’ residenza f’Birżebbuġa. Huwa kien akkużat ukoll b’dannu kriminali u li hedded b’sikkina lis-sid tar-residenza.

Il-Prosekuzzjoni qalet li dan l-inċident inqala wara li t-Tlieta filgħaxija hu flimkien mal-familja kellhom attività. Wara li ntemm kollox l-akkużat allegatament mar fir-residenta tal-qarib li kellu xi jgħid miegħu u kissirlu l-bieb ta’ barra.

L-akkużat instab fil-viċinanzi, fejn ġie arrestat wara li nstab b’sikkina f’idu, u sikkina oħra fil-but.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tal-ħelsien mill-arrest, wara li argumentat li l-akkużat u l-allegata vittma jgħixu fl-istess lokalità, u hemm ir-riskju li jseħħ inċident ieħor.

Ekonomija

Sport