Wednesday, October 9, 2024

Raġel jinżamm arrestat wara li ġie mixli li kkaġuna biża’ lill-eks sieħba

Aqra wkoll

Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest ta’ raġel ta’ 36 sena li allegatament bagħat messaġġġi ta’ theddid lill-eks sieħba minħabba uliedu. Huwa kien mixli wkoll li kkaġunalha biża’. 

Il-Prosekuzzjoni spejgat kif l-Ispettur mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika qal li meta l-vittma sarilha risk assessment, irriżulta li din kienet tinsab f’periklu kbir. 

Kien hawn fejn id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba li l-pulizija għandha madwar 16-il rapport ieħor fil-konfront tal-akkużat. 

Min-naħa tagħha, id-Difiża kompliet tagħmel l-argument tagħha, fejn qalet li l-akkużat fl-ebda ħin ma resaq lejn il-vittma. Sostniet li dan bagħatilha messaġġi dwar l-aċċess taż-żewġt uliedhom, liema messaġġi wriehom ukoll lill-Pulizija waqt l-interrogazzjoni. 

Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ċaħdet it-talba għal ħelsien mill-arrest u qalet li mhux konvinta li r-raġel ser isegwi l-kundizzjonjiet imposti fuqu.

Sport