Raġel kellu jittieħed għall-kura l-isptar wara li kien involut f’ħabta fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 p.m.
Minn stħarriġ preliminari li għamlu l-Pulizija jirriżulta li karozza tat-tip Peugeot misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti Ħaż-Żebbuġ kienet involuta f’ħabta ma’ VW Golf misjuqa minn Taljan ta’ 56 sena.
Tim mediku ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni medika tiegħu għadha mhix magħrufa.