Sunday, November 24, 2024

Raġel jitlef ħajjtu wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Raġel li l-identità tiegħu għada mhix magħrufa tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar f’Tas-Sliema.

Kien għall-ħabta tas-1.00pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi tax-Xatt ta’ Qui-Si-Sana, Tas-Sliema.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel, sab ruħu f’diffikultà fil-baħar. Huwa ngħata l-għajnuna minn minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għal kura meħtieġa.

Sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Neol Bartolo LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport