Sunday, November 24, 2024

Raġel jitlef ħajtu fil-Fgura wara li waqa’ għoli ta’ madwar 3 sulari

Aqra wkoll

Raġel ta’ 48 sena sena tilef ħajtu fil-Fgura wara li għall-ħabta tas-1.45pm waqa’ madwar 3 sulari.

Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Karmelitani, il-Fgura u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 48 sena waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari wara li prova jinżel minn fuq il-bejt għall-gallarija tal-propjetà tiegħu minħabba li kien issakkar barra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza sabiex jassistu, iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit LL.D kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport