Saturday, November 16, 2024

Raġel jitlef ħajtu f’inċident fir-Rabat, Għawdex

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum, għall-2:20 p.m, il-Pulizija ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza minħabba li persuna li ħabtet ma’ ħajt fi Triq is-Sellum, fir-Rabat Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li raġel ta’ 60 sena residenti x-Xagħra, Għawdex, waqt li kien nieżel in-niżla tas-Sellum b’vettura tat-tip Honda Fit, ħabat ma’ ħajt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, iżda sfortunatament r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Simone Grech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Ekonomija

Sport