Thursday, December 26, 2024

Raġel jitlef ħajtu wara ħabta bejn karozza u serkin

Aqra wkoll

Raġel ta’ 66 sena tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident fir-Rabat.

Dalgħodu, għall-ħabta tad-9.00a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ħad-Dingli, ir-Rabat. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien hemm impatt bejn karozza Skoda Yeti misjuqa minn mara ta’ 49 sena residenti r-Rabat u serkin li fuqu kien hemm żewġt irġiel, wieħed ta’ 66 u ieħor ta’ 64 sena, it-tnejn residenti r-Rabat. 

Tim mediku assista liż-żewġt irġiel fuq il-post u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Ftit tal-ħin wara r-raġel ta’ 66 sena sfortunatament kien iċċertifikat mejjet. Ir-raġel ta’ 64 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Il-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport