Saturday, June 7, 2025

Raġel jitlef ħajtu wara li nqabad bejn trakk li kien qed juża u trakk ieħor f’Ħal Far

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, raġel ta’ 67 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, tilef ħajjtu f’inċident li seħħ fiż-żona industrjali ġewwa l-limiti ta’ Ħal Far.

Kienu għall-ħabta tas-7:30 a.m., x’ħin intalbet l-assistenza wara li lPulizija kienu infurmati li persuna tinsab feruta wara li ntlaqtet minn vettura. Il-Pulizija marru
minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li trakk tal-għamla MAN, li kien qed jintuża mill-vittma, għal xi raġuni mexa waħdu l-quddiem, bil-konsegwenza li r-raġel nqabad bejnu u trakk ieħor li kien ipparkjat.

Fuq il-post wasal minnufih tim mediku mill-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D kien infurmat b’dan l-inċident u ħatar numru ta’ esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizjia, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u sSigurtà fuq il-post tax-Xogħol b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport