Sunday, October 27, 2024

Raġel jitressaq il-Qorti wara li allegatament dejjaq lin-nies jittallab f’Bieb il-Belt

Aqra wkoll

Roderick Brincat ta’ 36 sena li qal li m’għandux indirizz fiss fejn jgħix baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat li dejjaq lill-pubbliku waqt li kien qed jittallab f’Bieb il-Belt.

Il-Pulizija kien mixli fost l-oħrajn li f’nofs ix-xahar li għadda allegatament insulta anzjana li ma riedx tagħti €20 filwaqt li f’Mejju ta’ din is-sena kellu argument ma’ raġel fil-Furjana fejn dan anke sofra ġrieħi ħfief.

Il-pulizija fil-Qorti qalu li huma kienu kostretti li jressqu lir-raġel il-Qorti wara li rċivew diversi ilmenti minn persuni dwar l-aġir tiegħu.

Hu kien akkużat ukoll li għex ħajja ta’ vagabundaġġ u li kiser il-paċi pubblika.

Quddiem il-Maġistrat Brincat qal li hu kien jitlob biss lin-nies biex jgħinuh u ċaħda li xi darba weġġa’ jew dejjaq lil xi ħadd.

Hu baqa’ miżmum taħt arrest minħabba li m’għandux indirizz fiss fejn jgħix.

Sport