Monday, December 9, 2024

Raġel ikkonfermat ħati wara li kien spara aċtu fuq żewġ karozzi

Aqra wkoll

Kien investigatur privat li qabad lill-intimat fil-fatt, wara li ġieli hedded lill-vittma permezz ta’ telefonati

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati fir-rigward ta’ Kenneth Zammit, raġel li kien ikkundannat iħallas €6,854.32 wara li kkaġuna ħsara fuq żewġ vetturi ta’ Kurt Desira.

Il-Qorti semgħet kif Desira għandu ħanut ġewwa Wied il-Għajn, b’Zammit u martu kienu klijenti tiegħu. Għal xi raġuni, din ir-relazzjoni ma baqgħetx tajjeb, tant li kien hemm perjodu meta Desira kien jirċievi telefonati anonimi b’theddid minn Zammit.

Iktar tard, il-vittma beda jsib titjir ta’ aċidu fuq iż-żewġ vetturi tiegħu. Kien wara li qabbad investigatur privat, li ġie stabbilit kif dawn it-titjir kien qiegħed jiġi kkawżat minn Zammit, hekk kif dan kien “jispara likwidiu b’siringa mqabbad mal-mera tal-vettura tiegħu, kull darba li jsuq viċin il-vetturi tar-rikorrent.”

Zammit saħaq li mhux huwa kien li kien qiegħed jikkawża l-ħsara, iżda l-istess investigatur privat esebixxa filmat li juri lil Zammit jitfa’ l-aċtu fuq il-karozza permezz ta’ siringa.

Il-Qorti tal-Appell saħqet li, minkejja li l-akkużat ingħata bosta opportunitajiet biex iressaq xi alibi jew prova li tindika li mhux huwa li kien li tefa’ l-aċtu, dan baqa’ ma seħħx, u ma “ressaq l-ebda prova biex imqar jittanta jiskredita l-allegazzjonijiet tal-appellant.”

“Huwa minnu li min jallega irid jipprova, iżda f’dan il-każ l-intimat kellu l-obbligu li almenu, iġib xi provi li jixħtu dubju, jew ixejnu l-allegazzjonijeit li saru. Il-Qorti tal-Appell tqis li, bid-domandi li saru fil-kontroeżami, ma jirriżulta bl-ebda mod li l-Ewwel Qorti setgħet tasal għal konklużjoni differenti minn dik li wasslet għaliha.”

L-Imħallef Lawrence Mintoff ippreseda l-każ.

Ekonomija

Sport