Il-Pulizija qed tinvestiga każ li fih raġel safa midrub wara ġlieda fil-Belt Valletta.
Il-każ seħħ aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m meta l-Pulizija daħlitilha informazzjoni dwar argument fi Triq l-Isptar fil-Belt Valletta.
Għalkemm mhux magħruf kemm kien hemm persuni involuti f’dan l-argument, fil-post issejħet ambulanza sabiex wieħed mill-irġiel involuti seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei minħabba xi ġrieħi li sofra fl-istess argument.