Friday, November 15, 2024

Raġel l-Isptar wara ħabta bejn 4 karozzi fi Triq Reġjonali Santa Venera

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi hekk kif fi Triq Reġjonali Santa Venera seħħet ħabta bejn 4 karozzi.

L-inċident li seħħ għall-ħabta tal-5.00pm ħoloq konġestjoni kbira tat-traffiku wara li t-triq kellha tingħalaq għal xi ħinijiet.

F’dan l-inċident kien hemm involuti raġel ta’ 33 sena minn Raħal Ġdid li kien qed isuq Peugeot 308. Dan ir-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi.

It-tieni karozza nvoluta kienet Volkswagen Golf li kienet misjuqa minn raġel ta’ 32 sena minn Ħal Luqa, filwaqt li t-tielet karozza nvoluta f’dan l-inċident u li s-sewwieq kellu jittieħed l-isptar hija Peugeot 208. I-kundizzjoni tar-raġel mill-Gżira s’issa għadha mhix magħrufa.

Ir-raba’ karozza kienet Toyota Hilux li kienet misjuqa minn raġel ta’ 60 sena minn Ħal Qormi. Dan tal-aħħar lanqas kellu bżonn kura medika.

Kelliem għal pulizija qal lil talk.mt li t-triq hija miftuħa għat-traffiku.

Il-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport