Friday, December 13, 2024

Raġel l-isptar wara ħabta bejn erba’ vetturi fil-Marsa Ħamrun bypass

Aqra wkoll

Raġel ndarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6:45 a.m kien involut f’inċident li seħħ fil-bypass bejn il-Ħamrun u l-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn erba’ vetturi. Passiġġier f’waħda minnhom kellu jingħata l-assistenza medika. Il-vetturi involuti f’dan l-inċident kienu Volgsvagen Golf, KIA li fiha kien hemm il-passiġġier; raġel ta’ 46 residenti l-Gżira, Toyota u Peugeot.

Fil-post inġabar ammont kbir ta’ traffiku minħabba li għal xi ħin it-triq kienet magħluqa għat-traffiku.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Ekonomija

Sport