Raġel ta’ 59 sena mill-Qrendi ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku taħt il-mini ta’ Santa Venera.
L-aċċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 tal-lejla fejn ir-raġel kien qed isir mutur tal-għamla Kymco spiċċa maħbut ma’ karozza Aygo li kienet qed tinsaq minn mara ta’ 33 sena minn Marsaxlokk.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ, filwaqt li s’issa għadu mhux magħruf il-kundizzjoni tar-raġel.
Bħalissa t-triq għadha magħluqa u fl-inħawi hemm konġenzjoni kbira ta’ traffiku.