Saturday, December 21, 2024

Raġel l-Isptar wara inċident f’fabbrika f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident li seħħ għall-ħabta tat-8:00 a.m f’fabbrika f’Ħal Qormi.

Mill-ewwel stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 45 sena minn Raħal Ġdid kien weġġa’ siequ b’waħda mill-magni li tintuża fil-fabbrika.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-ħaddiem lejn l-Isptar għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport