Wednesday, December 25, 2024

Raġel l-isptar wara inċident fi Triq Reġjonali

Aqra wkoll

Raġel ta’ 22 sena ddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-Pulizija kienet infurmata li seħħ inċident għall-ħabta tas-7.00a.m. fi Triq Reġjonali fl-inħawi tal-Isptar San Filippu.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher lil seħħet ħabta bejn żewġ karrozzi, waħda tat-tip Kia Picanto misjuqa minn raġel ta’ 22 sena mill-Marsa u karozza oħra tat-tip Mazda Demio misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien. 

It-tfajla ma sofriet l-ebda ġrieħi filwaqt li r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.

Ekonomija

Sport