Raġel ta’ 61 sena residenti l-Marsa ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema.
Dan is-sit jinsab infumat li l-inċident seħħ fil-mina ta’ Tigne, f’tas-Sliema bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 61 sena mill-Marsa u karozza oħra li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena residenti Pembroke.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenz meħtieġa, sakemm ir-raġel ta’ 61 sena ttieħed l-Isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin

