Sunday, December 22, 2024

Raġel l-Isptar wara inċident tat-traffiku fix-Xewkija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 49 sena residenti l-Fontana kellu jiddaħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tad-9.00am kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel li kien qiegħed isuq mutur baqa’ dieħel fuq wara ta’ karozza u nqaleb. Il-karozza li fiha ħabat baqgħet sejra u għalhekk il-pulizija qegħdin jipprovaw jistabilixxu min kien is-sewwieq tal-istess vettura.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq ittieħed għal aktar kura l-isptar.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa, iżda kelliem għall-pulizija qal li dan is-sit hu eskluż li hu fil-periklu tal-mewt.

Ekonomija

Sport