Raġel ta’ 62 sena ta’ nazzjonalità Tuneżina kellu jidaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tat-3.30am kien involut f’inċidient tat-traffiku fi Triq l-Inkurunazzjoni f’Bormla.
Jirriżulta li għal xi raġuni, it-Tuneżin tilef il-kontroll tal-vettura, ħabat ma’ 3 karozzi pparkjati u nqaleb.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ħadu lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

