Raġel ta’ 34 sena minn Ħal Qormi sofra xi ġrieħi wara li għall-ħabta tas-5:50 p.m kien involut f’argument li seħħ f’Wied iċ-Ċawsli f’Ħal Qormi.
Inewsmalta tinsab infurmata li r-raġel kien għaddej biż-żiemel meta allegatamet qala’ daqqiet b’arma li taqta’ u ppuntata.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel midrub sakem seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-allegat aggressur għadu mhux identifikat u jidher li rnexxielu jaħrab mill-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.