Kien għall-ħabta tas-2.30pm meta raġel ta’ 29 sena tilef il-kontroll tal-vettura fi Triq Industrijali, f’Santa Luċija.
Konsegwenza ta’ dan il-karozza IQ li kien qed isuq spiċċat ħabet ma’ barriers u anke spiċċa fuq is-central strip.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li assista lir-raġel fuq il-post fejn imbgħad ittieħed l-isptar għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tar-raġel għada mhix magħruf filwaqt li l-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.