Raġel iddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:15 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 42 sena residenti Ħal Qormi kien tilef il-kontroll tal-karozza Hyundai Getz li kien qiegħed isuq u konsegwentament baqa’ dieħel ġo ħajt.
Fil-post issejaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lis-sewwieq lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.