Raġel ta’ madwar 50 sena kellu jiddaħħal l-isptar wara li għall-ħabta tal-9.45am kien involut f’inċident fix-Xagħra Għawdex.
Jirriżulta li r-raġel kien qiegħed fuq vann jagħmel xi xogħol, meta għal xi raġuni waqa’ minn fuqu. Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel fejn wara ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-inċident seħħ fl-inħawi tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex. Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Aktar aġġornamenti mal-ħin.