Monday, December 23, 2024

Raġel li ammetta fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol ma waqafx jibki matul is-seduta

Aqra wkoll

Raġel ta’ 62 sena mill-Imsida li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ġie akkużat b’atti sesswali mhux kunsenswali kif ukoll ta’ fasidju lil kollega tiegħu fuq il-post tax-xogħol. Waqt is-seduta li saret nhar il-Ħamis li għadda, l-akkużat ma waqafx jibki.

L-Ispettur Kevin Pulis li ressaq lir-raġel il-Qorti qal li l-pulizija kienu rċivew rapport mill-vittma nhar it-Tlieta li għadda u dakinhar stess l-akkużat kien intalab biex imur l-għassa.

Ir-rapport kien jgħid li r-raġel qal ċertu kliem u anke ġesti li saru fejn il-kollega tiegħu ħasset li huma fastidju sesswali. Il-pulizija ħarġu mandat ta’ arrest u r-raġel kien qed jikkoperaw mal-pulizija l-ħin kollu.

Minħabba ċ-ċirkostanzi kien hemm qbil bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni li l-akkużat wara li jammetti ħtija għandu jingħata ordni ta’ proabtion.

Meta mistoqsi mill-Maġistrat Joseph Gatt dwar xi jwieġeb għall-akkużi, ir-raġel wieħed li hu ħati u kkonferma dik l-ammissjoni wara li reġa’ ngħata l-ħin biex jikkonsidra dak li kien għadu kemm qal.

L-avukati tiegħu qalu li l-klijent tagħhom ma kellu l-ebda rekord kriminali, kien ikkopera bis-sħiħ mal-pulizija u ammetta l-akkużi kontrih mill-bidu nett.

Il-Qorti ġiet informata li r-raġel ġie sospiż mix-xogħol filwaqt li l-vittma kienet għadha taħdem hemm.

Il-Maġistrat Gatt filwaqt li sabu ħati tal-akkużi, poġġa lir-raġel taħt ordni ta’ probation għall-perjodu ta’ tliet snin kif ukoll ordni ta’ trażżin.

L-avukat mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Danika Vella u l-Ispettur Kevin Pulis mexxew il-prosekuzzjoni. L-avukati Michael Sciriha u Paul Gauci Maestre kienu l-avukati difensuri.

Ekonomija

Sport