Thursday, December 26, 2024

Raġel li kien qed isuq go-kart jitlef il-kontroll u jsofri ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena, għal xi l-4:00 p.m, kellu jittieħed l-Isptar Mater  Dei għax kien involut f’inċident fi Triq Santu Rokku, il-Kalkara. 

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel, li joqgħod Ħaż-Żabbar, kien qiegħed isuq  go-kart, tilef il-kontroll u ħabat ma’ trailer li kien ipparkjat. 

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.  L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport