Friday, May 3, 2024

Raġel li kien qed isuq mutur jiddaħħal l-isptar wara inċident f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 25 sena resident Ħal Safi kellu jiddaħħal l-isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-1.30pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Manwel Dimech Ħal Qormi.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li r-raġel kien qed isuq mutur tal-għamla Peugeot Tweet meta għal xi raġuni kellu mpatt ma’ karozza tal-għamla Renault Megane li kienet misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Kirkop.

Fuq il-post issejħet ambulanza biex tassisti lis-sewwieq tal-mutur, iżda għalkemm ittieħed l-isptar jidher li ma sofriex ġrieħi gravi.

It-triq hija miftuħa għat-traffiku filwaqt li l-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Sport