Friday, November 14, 2025

Raġel li nqabad l-ajruport b’5.9 kilos kannabis ikkundannat 7 snin u 6 xhur ħabs

Aqra wkoll

Juan Jose Fernandez Lopez, Spanjol ta’ 37 sena ġie kkundannat seba’ snin u sitt xhur ħabs wara li ammetta minflok għaddu ġuri li pprova jdaħħal f’Malta   5.9 kilos kannabis.

L-Ispanjol kien ġie arrestat fl-14 ta’ Ottubru tal-2020 meta kien wasal fuq titjira fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minn Sivilja fi Spanja. Miegħu kien hemm Marta Martin Danobeitia li wkoll kienet ġiet arrestata.

Fi tfittxija li kienet saret, il-Pulizija kienu sabu 13-il pakkett b’kollox. Sitt pakketti kienu nstabu fil-bagalja ta’ Lopeż li kien fihom 5.9 kilogrammi kannabis u s-7 l-oħra fil-bagalja ta’ Danobeitia li kien fihom 6.8 kilogrammi kannabis.

Il-Prosekuzzjoni qalet li t-12.8 kilogrammi kannabis kellhom purità ta’ madwar 12% u valur fis-suq ta’ madwar €243,770. 

Huma kienu tressqu l-Qorti fejn il-każi tagħhom kienu instemgħu b’mod separat. F’Awwissu li għadda Danobeitia kienet ġie kkundannata 7 snin ħabs u €15,000 multa wara li ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha.

Lopez ukoll għażel li jammetti, flok għadda ġuri, quddiem l-Imħallef Natasha Galea Sciberras li minbarra l-piena ta’ ħabs immultatu €15,000 u ordnatlu jħallas €2,400 fi spejjeż tal-esperti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport