Bħalissa għadu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għadhom kemm ħarġu raġel li kien maqbud f’gaffa fiż-Żurrieq. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.35am meta l-ewwel rapporti kienu jgħidu li kien waqa’ saqaf li fuqu kien hemm gaffa.
Fuq il-post kien hemm timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei li mill-ewwel bdew jagħtu l-ewwel għajnuna. Hu se jkun qiegħed jittieħed l-Isptar għal aktar osservazzjoni.
Fuq il-post hemm ukoll diversi uffiċjali tal-Pulizija.
Aktar kmieni: Raġel maqbud f’gaffa fiż-Żurrieq
Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ fiż-Żurrieq hekk kif hemm persuna maqbuda f’gaffa.
Sorsi qalulna li l-gaffa kienet fuq saqaf, bil-konsegwenza li ċeda s-saqaf.
Fuq il-post marru timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei u anke uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li qegħdin imexxu l-operazzjoni ta’ salvataġġ.
Aktar informazzjoni kif taslilna.

