Aktar kmieni għall-ħabta tat-3:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn banka tal-lottu fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel mgħammad allegatament armat b’sikkina, daħħal idu mit-tieqa u ħataf xi flus kontanti mingħand il-kaxxiera, mara ta’ 57 sena.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post ftit wara bil-pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel. Tim mediku assista lill-mara li ttieħdet permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei ghal osservazzjoni.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.