Il-Pulizija ġiet infurmata li lbieraħ, għall-ħabta tal-10.00p.m., kienet seħħet serqa minn ħanut fi Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 50 sena.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Fortunatament f’dan il-każ ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.