Raġel mgħammad u armat b’sikkina, ilbieraħ għall-ħabta tat-8.00pm daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 31 sena residenti Ħ’Attard.
Is-serqa saret minn ħanut li jinsab fi Triq Ġużè Orlando, Birkirara.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li kien seraq ammont ta’ flus kontanti. Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel, filwaqt li l-kaxxier li kien fil-ħanut ma sofra l-ebda ġrieħi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.