Sunday, November 24, 2024

Raġel mgħammad u armat jisraq minn ħanut f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Il-Pulizija tinsab għaddejja bi tfittxija għal raġel li lbieraħ għall-ħabta tat-8:15 p.m wettaq serqa minn ħanut fi Triq il-Labour, Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ illi sar jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera; mara ta’ 49 sena residenti Ħal Kirkop u raġel ta’ 42 sena residenti l-Birgu.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Rigward il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport