Friday, February 21, 2025

Kuċċier bi ġrieħi gravi wara ħabta l-Furjana

Aqra wkoll

Kuċċier ta’ 61 sena weġġa’ gravi f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-1.30pm, fi Triq Nazzjonali, il-Furjana.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozzin li fuqu kien hemm il-kuċċier li huwa residenti Ħal Qormi u karozza Peugeot 508 misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Bormla.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni:Raġel midrub f’inċident bejn żiemel u karozza fil-Furjana

Raġel li l-identita tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa kellu jiddaħħal l-Isptar wara li kien involut f’inċident bejn karozza u karozzin.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm ħdejn Bieb il-Bombi direzzjoni lejn il-Marsa.

Dan is-sit jinsab imformat li r-raġel li ddaħħal l-isptar huwa l-kuċċier filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi. Il-kundizzjoni tar-raġel s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport