Raġel tal-Belarus kien akkużat fil-Polonja li wettaq att terroristiku allegatament b’appoġġ għar-Russja. Is-suspettat, li allegatament ippreżenta lilu nnifsu bħala membru tal-Oppożizzjoni fil-Belarus talab għal rifuġju fil-Polonja. Hu akkużat li ta n-nar lil ħanut kbir ta’ bejgħ bl-imnut f’Varsavja bħala parti minn kampanja usa’ ta’ sabutaġġ allegatament orkestrat mir-Russja.
L-inċident inkwistjoni seħħ xahar biss qabel nirien qerdu l-akbar ċentru kummerċjali ta’ Varsavja, u li l-awtoritajiet Pollakki attribwixxewh wkoll lir-Russja.