Investigazzjonijiet intensivi tal-Pulizija b’rabta ma’ numru ta’ serqiet u attentati ta’ serq minn residenzi privati wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 38 sena mill-Ġorġja.
Mill-investigazzjonijiet illi saru l-Pulizija rnexxielha tidentifika l-persuna li allegatament kienet involuta f’mill-inqas għaxar każijiet.
Irriżulta li s-suspettat wettaq mill-inqas 6 serqiet f’Tas-Sliema, Ta’ Xbiex u l-Imsida, kif ukoll 4 attentati ta’ serq ukoll f’Tas-Sliema, il-Gżira u Birkirkara.
Waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, is-suspettat mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem illi ġejjin.