Ilbieraħ, għall-ħabta tas-5.45 a.m., il-Pulizija ġiet informata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta u kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel Bulgaru ta’ 54 sena safa’ milqut minn vettura ta’ tip Opel Astra misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti r-Rabat, Għawdex.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 54 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.