Thursday, December 26, 2024

Raġel minn Singapore jammetti li huwa spija għaċ-Ċina

Aqra wkoll

Raġel minn Singapore ammetta għall-akkuża miġjuba fil-konfront tiegħu li kien spija Ċiniż, fl-aħħar inċident f’relazzjoni diplomatika li kulma jmur qed tkun ikkaratterizzata minn tensjoni bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti.

Jun Wei Yeo kien mixli li kien qed jagħmel użu mill-konsulenza politika tiegħu fl-Isati Uniti biex ikun ikun jista’ jiġbor informazzjoni għas-servizzi sigrieti Ċiniżi.

Separatament, l-Istati Uniti qalet li riċerkatur Ċiniż sfat arrestata wara akkużi li kienet qed taħbi r-relazzjoni tagħha mal-militar Ċiniż.

Intant il-Gvern Ċiniż ordna l-għeluq tal-konsulat Amerikan f’Chengdu.

Il-mossa biex tiġi fi tmiemha l-missjoni diplomatika fil-belt waslet wara li l-Istati Uniti għalqet il-konsulat Ċiniż fi Houston.

Is-Segretarju Amerikan għall-Istat Pompeo qal li d-deċiżjoni ttieħdet minħabba li ċ-Ċina kienet qed “tisraq” informazzjoni sensittiva.

Kelliemi għall-Ministru Ċiniż għall-Affarijiet Barranin, Wang Wenbin, irrisponda billi qal li l-mossa Amerikana kienet ibbażata fuq numru ta’ qlajjiet kontra ċ-Ċina.

It-tensjoni bejn iż-żewġ qawwiet nukleari matul dan l-aħħar perjodu kompliet tiżdied fuq numru ta’ kwistjonijiet.

L-amministrazzjoni tal-President Donald Trump kellha diversi diżgwidi ma’ Beijing dwar kwistjonijiet marbutin mal-kummerċ u l-pandemija tal-coronavirus, u kif ukoll ukoll dwar l-impożizzjoni ta’ liġi ġdida dwar is-sigurtà f’Hong Kong miċ-Ċina.

Ekonomija

Sport