Friday, November 15, 2024

Raġel mir-Rabat jammetti li weġġa’ lil bintu ta’ 11-il sena u li hedded lil ommha

Aqra wkoll

Raġel mir-Rabat Malta li għandu 43 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal sena sħiħa wara li aktar kmieni ammetta li weġġa’ ħafif lil bintu li għad għandha 11-il sena u anke li hedded lil ommha.

Dan il-każ kien seħħ fl-istess lokalità fejn jgħix ir-raġel fil-31 ta’ Mejju tal-2018. Mal-akkużi li kien qed jiffaċja, ġie akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi ħfief anke lil mara li għandha ‘l fuq minn 60 sena.

Wara li r-raġel ammetta għall-akkużi kollha li kien hemm kontrih, il-qraba – il-vittmi – qalu li mhux se jmexxu aktar kontrih.

Iżda l-Maġistrat Astrid May Grima xorta waħda sabitu ħati tal-akkużi u poġġietu taħt ordni ta’ probation. Il-Qorti ordnat ukoll biex fi żmien sitt xhur jiġi ppreżentat rapport minn social worker.

Il-Qorti rabtietu wkoll b’garanzija personal ta’ €2,000 biex għal żmien sena ma jdejjaqx lit-3 vittmi ta’ dan il-każ li kien investigat mis-Supretendent Robert Vella.

Ekonomija

Sport