Sunday, November 24, 2024

Raġel mixli bi ħtif falz jingħata ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Raġel mixli b’rabta ma’ rapport falz ta’ “ħtif” f’Diċembru li għadda, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li nżamm tliet xhur taħt arrest preventiv.

Glenn Busuttil ta’ 44 sena minn Ħ’Attard qed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi li ffabbrika l-evidenza, ksur ta’ ordni ta’ trattament u li sar riċediv.

Il-prosekutur ta’ dan il-każ kien l-Ispettur Stephen Gulia li spjega illi hu kien infurmat dwar “il-ħtif” ta’ Mohammed Tahmasebi Ghareb Shiran (raġel ta’ nazzjonalità Sirjana) mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Busuttil huwa r-raba’ persuna li kien akkużat b’dan il- “ħtif falz”. 

Eventwalment irriżulta li r-raġel kien qed jinżamm f’appartament ta’ Jonathan Abela u dan spiċċa arrestat flimkien ma’ Sarah Zammit li kienet involuta f’dan l-imsemmi reat. 

F’digriet li tat l-Erbgħa, il-Maġistrat Monica Vella laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €4,000. 

Busuttil kien irrappreżentat mill-Avukat Ishmael Psaila.

Sport