Friday, March 14, 2025

Raġel mixli b’importazzjoni u traffikar ta’ droga kif ukoll ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

Noel Farrugia, ta’ 46 sena residenti l-Gżira kien akkużat quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech b’importazzjoni u traffikar ta’ droga u ħasil ta’ flus.

Hu kien akkużat ukoll li importa u ftiehem ma’ persuni oħrajn biex tiġi ttraffikata l-kokaina filwaqt li fil-pussess tiegħu kellu l-istess tip ta’ droga u sustanza psikoattiva ġdida.

Il-Prosekuzzjoni li kienet immexxija mill-Ispettur Jonathan Pace qalet li fl-10 ta’ Marzu li għadda l-Pulizija kellha informazzjoni li kellu jsir traffikar tad-droga. L-informazzjoni kienet li se jiġu ttraffikati 250 gramma kokaina fl-akkwati taz-Żejtun.

Wara li l-Pulizija segwew vettura li kienet misjuqa mill-akkużat, din twaqqfet f’Santa Venera. MInn tfittxija li saret fil-vettura instabet ukoll 100 gramma kokaina f’basket issiġillat kif ukoll droga eroina.

Il-pulizija nnutaw li l-akkużat ma kienx f’sikktu u għalhekk ittieħed l-Isptar Mater Dei.

Wara, hu ttieħed l-Għassa fejn beda jiġi interrogat, iżda ma wieġeb għall-ebda domanda li saritlu.

Fil-Qorti l-akkużat wieġeb mhux ħati madankollu l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ċaħdet it-talba. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Pace waqt li għall-akkużat deher l-Avukat Franco Debono.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport